Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li l-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiċiji ġodda għandhom bżonn jiġu regolarizzati minn konvenzjonijiet internazzjonali. Dan sabiex tkun offruta ċ-ċertezza legali u tiżdied il-fiduċja fihom. Il-Prim Ministru qal dan waqt li kien qiegħed jieħu sehem f’diskussjoni bħala parti mill-40 sezzjoni bl-isem ta’ ‘(Re)generation: Rethinking Multilateralism with Young Change-Makers’. tal-konferenza Ġenerali tal-UNESCO, li saret fil-karti tal-UNESCO f’Pariġi. Dr Muscat tkellem dwar il-pratikalità ta’ technoloġiji ġodda.
Il-Prim Ministru sostna li li minkejja li ftit huma dawk il-persuna li huma kapaċi jsuqu ajruplan, ħafna persuni jivvjaġġaw bih għaliex din hija kwistjoni ta’ fiduċja fit-teknoloġija u l-istess irid issir fil-kwistjoni tal-intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji ġodda.
Dr Muscat enfasizza l-ħidma li wettaq pajjiżna f’dan is-settur permezz tal-liġijiet tal-blockchain fost l-oħrajn. Liġi li qed hija parti mill-aġenda internazzjonali.
Il-Prim Ministru semma wkoll l-miżuri li ħa pajjiżna sabiex jagħti aktar leħen liż-żgħażagħ, fosthom billi l-età tal-votanti naqset għal 16-il sena u b’hekk jistgħu jiddeċiedu min imexxi pajjiżhom.
Preżenti għal din id-diskussjoni flimkien mal-Prim Ministru Joseph Muscat, kien hemm il-Presidenti ta’ Sierra Leone, tal-Estonja u l-Latvija.