Grupp ta’ partitarji Maltin qegħdin iħeġġu għal merħba mistħoqqa lit-tim Nazzjonali tar-Rugby, rebbieħ tar-Rugby Europe Sevens, Men’s Conference 2, hekk kif jasal lura llum fl-Ajruport Internazzjonali mill-Bulgarija fis-18:45.
Malta spiċċat l-ewwel fi grupp B wara li rebħet tlieta minn daqstant logħbiet. Imbagħad fis-semifinali għelbet lil Iżlanda 19-0 biex fil-finali ħarġet rebbieħa fuq il-Montenegro 19-0. Dan huwa tragward storiku għat-tim nazzjonali malti tar-rugby għaliex din hija l-ewwel darba li Malta qatt rebħet din il-kompetizzjoni.
Ftit tal-ħin wara se jasal it-tim nazzjonali tan-nisa. Dan kiseb riżultati pożittivi wara li spiċċaw runner-up fil-Women’s Conference 1 f’Bosnia u Herzegovina.