Il-Partit Soċjalista Spanjol rebaħ l-elezzjoni ġenerali, għalkemm ma kisibx biżżejjed siġġijiet biex ikollu l-maġġoranza fil-Parlament.
Il-Partit Konservattiv ġie fit-tieni post, filwaqt li l-Partit tal-Lemin Estrem idroppja l-voti meta mqabbel mal-aħħar elezzjoni ġenerali, biex issa huwa t-tielet l-aktar partit b’saħħtu fi Spanja.
Wara li ħareġ ir-riżultat, l-Aġent Prim Ministru Pedro Sanchez qal li hija priorità għalih biex jifforma Gvern stabbli u jwettaq politika għall-benefiċċju tal-Ispanjoli.
Din l-elezzjoni hija r-raba’ waħda fi Spanja fl-aħħar snin.