Hekk kif sa ftit tas-snin ilu l-istaġun turistiku ta’ pajjiżna kien jibda jmajna mat-tmiem ta’ Settembru bħalissa l-ammont ta’ turisti li qed jiġi f’pajjiżna baqa’ dejjem jiżdied.
Fil-fatt statistika tal-uffiċċju nazzjonali tal-Istatistika li ħarġet din il-ġimgħa wriet li t-turisti li ġew f’Malta tul Settembru li għadda qabżu bi 3% dak li ġew fl-istess xahar is-sena l-oħra.
Il-Ħadd filogħdu ONE News żar it-toroq tal-Belt Valletta u staqsa lit-turisti x’ressaqhom lejn pajjiżna. Meta ġew mistoqsija x’ġabhom hawn Malta huma qalulna: “Model of the European Parliament of course. We were on a cruise in Montecarlo and ended up in Malta. We haven’t been before so we stayed. We just arrive and am just discovering. Holiday, we come many times here.”
Wieħed seta’ jinnota wkoll li l-ħidma ta’ promozzjoni li qed issir fi swieq ġodda bħal dak tal-Lvant qed iħalli l-frott hekk kif ħafna qed jagħżlu li jitilqu mill-pajjiżi tal-orjent sabiex igawdu dan il-pajjiż b’5,000 sena ta’ storja f’nofs il-baħar Mediterran.
“ Because I saw a TV programme introducing Malta that’s why I come here. So far Ilike it. So far so good. maybe I go to the beach to see the ocean. The history, my first time here”, qalilna turist li tkellimna miegħu.
Madankollu, l-previżjoni tat-temp għal dawn il-jiem li ġejjin ma’ niżlet xejn sew ma wħud li waqt il-btala tagħhom f’pajjiżna xtaqu jqattgħu ħin taħt ix-xemx tiżreġ li huma magħrufa għaliha l-gżejjer Maltin. Fil-fatt turist li tkellimna miegħu stqarr: “It’s a beautiful place. I love but where is the sun?”