Il-Kumitat għal Talbiet Għal Mediċini Eċċezzjonali nefqet €14-il miljun sabiex ġew approvati aktar minn 1,800 mediċina eċċezjonali li ma jinsabux fuq il-formularju tal-Gvern. Nefqa li saret bejn April 2018 u Awwissu ta’ din is-sena.
Il-kumitat twaqqaf f’każijiet ta’ mard rari li allura jkun jirrikjedi mediċini rari u li ma jkunux fuq il-formularju tal-Gvern, biex naraw kif il-gvern jkun ta’ għajnuna għal min sfortunatament jintlaqat minn mard bħal dan.
Il-gazzetta ‘Kullħadd’ irraportat li l-allokazzjoni finanzjarja għall-mediċini tinqasam taħt diversi kapep, bħalma huma l-mediċini għat-trattament tal-kanċer u tad-dijabete li għalihom għas-sena li ġejja ġew ivvutati €18–il miljun u €3,500 miljuni rispettivament.
Filwaqt li taħt in-nomenklatura Medicines & Surgical Material ġew allokati €129 miljun.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal lill-gazzetta ‘Kullħadd’ li fejn jidħlu l-mediċini b’xejn saru avvanzi sinifikanti u dan fi żmien relattivament qasir.
Apparti l-fatt li solviet l-problema tal-mediċini out of stock, li ma kinitx problema żgħira għax biżżejjed jingħad li l-ammont kien ikun ta’ mijiet ta’ mediċini kuljum.
Id-deputat prim ministru Fearne qal li b’konsistenza ma’ dak li wegħedna fil-Programm Elettorali għall-aħħar Elezzjoni Ġenerali daħħalna aktar mediċini fuq il-formularju tal-Gvern, fosthom għal diversi tipi ta’ kanċer.