It-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar għal darb’oħra kkonfema li l-proġett Central Link jista’ jitwettaq.
Dan wara li ġew miċħuda appelli kontra dan il-proġett.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura Ian Borġ fuq fejn spjega kif din id-deċiżjoni tikkonferma l-benefiċċji li jġib miegħu dan il-proġett.
Fost dawn hemm tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs, li tittaffa l-problema ta’ tniġġis fl-arja u spazji aktar siguri għal dawk li jagħżlu jivvjaġġaw fl-inħawi b’mezzi alternattivi.
Fakkar kif dan ma kienx l-uniku skrutinju għall-proġett Central Link hekk kif il-Kummisjoni Ewropea, esperti indipendenti u żewġ bordijiet ukoll iddeċidew favurih.
Dan filwaqt li l-istess proġett igawdi minn 82% tal-appoġġ tal-poplu Malti.
Ritratt: Ian Borg/ Facebook