Proġett pilota bejn il-Ġnus Maqgħuda u l-Gvern Iranjan ra t-trasformazzjoni ta’ ħitan ta’ mibgħeda bejn l-Iran u l-Afganistan f’biċċiet tal-arti. Għal din il-biċċa xogħol ingħaqdu żewġ kommunitajiet li għal żmien twil ma kienux jaraw għajn m’għajn.
Minn stat t’abbandun, ħmieġ u telqa, il-belt ta’ Shiraz kienet imnaddfa u rinovata biex issa teżebixxi biċċiet t’arti kkuluruti, maħduma bir-reqqa.
Fil-belt li sservi ta’ kenn għar-refuġjati Afgani u Iranjani, tidher differenza kbira- minn grafitti mimlija messaġġi ta’ mibgħeda, għal murali t’arti ikkuluriti u li jagħtu sens t’għaqda u koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat.
Eżempju li jista’ jispira kommunitajiet oħra jagħmlu l-istess, bil-paċi u l-imħabba jieħdu post il-firda, il-ġlied u l-inkwiet.
Credit:UNHCR