Fil-binja tal-Borża ta’ Malta ttellgħet il-ħames edizzjoni tal-Konferenza għall-Investituri, bil-għan li tassisti lil dawk li jixtru investimenti biex itejbu l-għarfien tagħhom prodotti finanzjarji differenti, u l-livell ta’ riskju marbut magħhom.
Dan fl-istess waqt li jagħrfu jagħżlu minn fost il-bosta prodotti finanzjarji fis-suq.
Il-Ministru għall-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna, innota li hawn mill-inqas ħamsa u sebgħin elf investitur irreġistrat, u għaldaqstant huwa importanti li jkunu jafu l-affarijiet fl-interess tagħhom f’qasam li kulma jmur qed jikber u jiżviluppa.
“Veru li jista’ jkollhom il-broker, jista’ jagħtihom pariri l-bank, imma fuq kollox l-aħjar li jkunu jafu huma ħalli jinvestu flushom u jagħmlu bilanċ bejn riskji li dejjem hemm u l-benefiċċji li jieħdu mill-imgħaxx jew dividents.” 14
Fid-dawl li s-settur tas-servizzi finanzjarji huwa kumpless u kontinwament jiżviluppa b’liġijiet u direttivi ġodda, il-Borża ta’ Malta qed torganizza diversi korsijiet biex iżomm lill-investituri aġġornati.
Korsijiet li jsiru kull ġimgħa fi Stitut li waqqfet apposta l-Borża ta’ Malta, u li għalihom qed jikkonkorru mal-elfejn investitur.
“Dejjem għandek għalliema kwalifikati u jkunu attendew sew bħalma n-numri qegħdin juru, huma importanti biex jaġġornaw irwieħhom u skont is-suġġetti li jridu, jistgħu jattendu.”