Avukat qed isofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqat minn tiri ta’ arma tan-nar qrib il-fruntiera Ġermaniża fl-Olanda l-Erbgħa filgħodu. L-isparatura seħħet meta l-avukat kien miexi fit-triq fl-inħawi, meta sewwieq f’karozza għaddiet minn ħdejh u sparalu bosta tiri. Huwa ttieħed l-isptar fejn ingħata l-kura għall-ġrieħi serji li ġarrab.
Il-Pulizija Olandiża mhux teskludi li l-attakk fuq l-avukat kien wieħed ippjanat. Xhieda fuq il-post qalu wkoll li b’kollox kienu sparati tliet tiri fid-direzzjoni tal-vittma. Il-Pulizija għadha qed tfittex l-imħuħ wara l-attakk, li jidher li kienu qed isuqu karozza bajda bi pjanċi Olandiżi.
Dan huwa t-tieni attakk li sar fuq avukat din is-sena. F’Settembru li għadda l-avukat Derk Wiersum inqatel minn sparatura barra d-dar tiegħu f’Amsterdam b’rabta ma’ każ kriminali li fih hemm involuti barunijiet tad-droga.