Il-pulizija Amerikana ppubblikat ritratti ta’ żewġ suspettati ta’ omiċidju li ħarbu mill-ħabs f’Kalifornja. Santos Samuel Fonseca ta’ 21 sena u Jonathan Salazar ta’ 20 sena rnexxielhom jaħarbu minn toqba ta’ 55 ċentimetru li għamlu f’saqaf f’latrina fil-ħabs ta’ Salinas f’San Francisco nhar il-Ħadd li għadda.
Uffiċjali qalu li ż-żewġt irġiel sabu post fil-ħabs fejn ma jintleħqux mill-kameras tas-sigurtà. Huma kienu qed jistennew li jgħaddu ġuri fuq akkużi separati ta’ qtil.
L-awtoritajiet Amerikani qed ifittxu liż-żewġt irġiel li huma kkunsidrati armati u perikolużi. L-uffiċjali qed joffru premju ta’ 5,000 dollaru Amerikan għal kull min jista’ joffri xi informazzjoni dwar fejn jinstabu s-suspettati.