Il-kampanja elettorali fir-Renju Unit se tibda’ aktar tard illum bi żjara tal-Prim Ministru Boris Johnson lir-Reġina Eliżabetta fil-Palazz ta’ Buckingham f’Londra. Il-kampanja elettorali se twassal għal elezzjoni fit-12 ta’ Diċembru.
Il-Partit Konservattiv se jikkamapnja bl-għajta li se jdaħħal Brexit fis-seħħ, filwaqt li l-Partit Laburista ta’ Jeremy Corbyn mistenni jwiegħed mod ġdid f’Westminster.
Il-Liberali Demokratiċi qed iwiegħdu nefqa akbar fuq servizzi marbuta mas-saħħa mentali, u l-Iskoċċiżi, immexxija mill-Ministru Ewlieni Nicola Sturgeon, se jaħdem biex dawk li jappoġġjaw li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, se jipprova jikseb kemm jista’ jkun appoġġ biex Brexit ma jseħħx.