Raġel minn Ħal Tarxien ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-qorti mixli li darab ħafif lil martu ftit wara li waslu lura minn Sqallija.
Fil-Qorti ntqal li r-raġel kellu xi jgħid ma’ martu dwar inċident li nqala waqt li kienu fuq vapur u allegatament taha xi daqqiet f’rasha.
L-Ispettur Sarah Zerafa spjegat kif jumejn ilu daħal rapport fl-għassa ta’ Raħal Ġdid dwar każ ta’ vjolenza domestika.
Ir-raġel kien akkużat li darab ħafif lil martu, li insulentaha u li heddida.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,500.