Perit u żewġ diretturi ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni ngħataw sentenza sospiża wara li l-qorti sabithom ħatja li kienu responsabbli tal-mewt ta’ raġel ta’ 27 sena mil-Latvja li tgħaffeġ waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ rinovazzjoni.
Etienne u Angelus Bartolo u l-Perit Pierre Farrugia wieġbu mhux ħajta li minħabba n-negliġenza tagħhom, il-vittma ntradam taħt żewġ sulari ta’ bini li sfrondaw waqt li kien qed jaħdem fuq il-bini tal-lukanda Sea Bank fl-2012.
Il-Qorti osservat li kien hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn il-perit u d-direttura tal-kumpanija. Qalet li dawn ħadmu għal rashom mingħajr ma assiguraw l-istabbilità tal-istruttura.
B’hekk il-Qorti sabithom ħatja ta’ omiċidju involontarju u kkundannathom sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.