Joseph Azzopardi ta’ 42 sena ġie lliberat minn akkużi ta’ frodi u falsifikazzjoni wara l-prosekuzzjoni tilfet ktieb taċ-ċekkijiet li kien qed jitqies bħala evidenza kruċjali għall-każ.
Il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Joe Mifsud qalet li l-prosekuzzjoni għamlet żball oħxon meta ma ħatritx espert tal-kaligrafika biex ikollha prova xjentifika ta’ ċekk li ssarraf mill-akkużat.
Fil-Qorti ngħad li l-prosekuzzjoni lanqas biss ippruvat li l-ktieb kien misruq filwaqt li ma elevatx filmati tas-sigurtà mill-bank.
Għal dawn ir-raġunijiet, il-qorti lliberat l-akkużat minħabba nuqqas ta’ evidenza.