U l-ġimgħa li għaddiet fil-ħabs inqabdu żewġ persuni li kienu qed jippruvaw idaħħlu d-droga.
F’kaz minnhom instabu żewġ qratas bid-droga kokaina u f’każ ieħor instabu qartas bid-droga sintetika li kienet ser titwassal lill-prigunieri minn żewġ viżitaturi.
It-tmexxija tal-ħabs infurmat lill-pulizija b’din is-sejba sabiex jissoktaw l-investigazzjonijiet.
Din is-sejba saret bis-saħħa tal-investiment li sar fi scanners li investit fihom l-aġenzija għas-servizzi korettivi sabiex fil-ħabs ma tidħolx droga.
Settembru kien l-ewwel xahar li matulu fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin ħadd mill-priġunier ma rriżulta pożittiv għad-droga. Dan minn testijiet tal-awrina li saru fuq il-priġunieri.