Fuq il-midja soċjali, Raquel Richards xerrdet il-messaġġi ta’ theddid li rċiviet mingħand persuna li ma tafhiex.
F’messaġġi li ppubblikat Richards juru kif hija ġiet mhedda minħabba li hija tidentifika lillha nnifsha bħala Trans.
Il-persuna f’din il-konversazzjoni qal lil Richards li hija diżgustanti minħabba l-ġeneru tagħha u li nies bħalha għandhom ikunu stuprati.
Richards fuq Facebook qalet li mhux se tħalli kummenti bħal dawn iġegħluha tħossha inferjuri l-għaliex hija tinsab kuntenta biha nnifishi hi kif inhi.