Għall-ewwel darba madwar elfejn professjonist u intraprenditur fil-qasam tal-kannabis mediċinali qegħdin jiltaqgħu taħt saqaf wieħed f’Malta għal summit dwar l-użu tal-kannabis fi prodotti mediċinali.
Is-summit qiegħed jittella’ f’Malta sena u nofs wara li Malta saret l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li daħħal qafas regolatorju dwar l-użu tal-kannabis għall-prodotti mediċinali,
Il-professjonisti u l-intraprenditur qegħdin jiddiskutu fost l-oħrajn ir-riċerka, il-leġislazzjoni u r-regolarizzazzjoni tal-kannabis mediċinali. Fl-istess ħin, 150 esebitur ġew Malta apposta biex jitkellmu dwar ix-xogħol li jagħmu f’dan il-qasam u kif jistgħu jikkontribwixxu għas-suq Malti.
Tkellimna ma’ Matt Lawson, fundatur tal-kumpanija The Canna Consultants li tagħti konsulenzi lil kumpaniji globali fis-settur, dwar il-ħtieġa ta’ dan is-summit f’Malta. Huwa qal: “In essence this is a new environment, and it hasn’t been defined before. Market participants and Governments define what the environment needs to be because at the end of the day it is all about providing medicines to patients or users for better health.”
Qal li minkejja d-domanda mill-pazjenti għal dawn il-prodotti mediċinali, bosta investituri qed jilmentaw minn nuqqas ta’ ċarezza f’ċertu ġurisdizzjonijiet. Iżda mhux f’Malta.
Lawson qal: “There are people who want to invest and have the right outcomes but are unsrure of the pathway in which they can do that. There is a lot of uncertainty in Government, but not in Malta, who was very clear about what it wants to achieve. Many should take a leaf out of Malta’s book to set standards and thrive within their remit.”
Qal li għalhekk dan is-summit se jagħti importanza wkoll sistema multi-ġurisdizzjonali għal dan is-settur.
Huwa qal li: “It is necessary, because with the investment that is needed, no one nation is going to utilize all of the products that are made and what we need is a forward thinking approach that each jurisdictions we want to sell or prescribe in, what are their regulations.“
Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal Malta għandha storja twila ta’ suċċess fil-manifattura ta’ prodotti farmaċewtiċi, u għalhekk il-Gvern ried li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza għal prodotti ġenwini u ta’ kwalità għall-bqija tal-Ewropa.
Qal li Malta Enterprise approvat 26 proġett differenti b’investiment kapitali ta’ €140 miljun biex b’hekk Malta tkompli tħaddan ekosistema fejn kumpaniji jistgu jinvestu, jikbru, u jirreaffermaw il-pożizzjoni ta’ Malta bħala pijunier fl-industrija dinjija tal-kannabis mediċinali.