Nieqes mill-viżjoni tiegħu għal pajjiż, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jikkritika s-settur tas-saħħa.
Flok ta l-ideat tiegħu kif dan is-settur jista’ jkompli jitjieb, Adrian Delia ħareġ jallega u jgħid affarijiet mhux minnhom.
Qal li l-Gvern qed jisraq lill-pazjenti milli jingħataw servizz tas-saħħa u milli jkollhom il-mediċina.
Iżda l-Gvern qed jinvesti fis-settur tas-saħħa fosthom billi jingħataw mediċini ġodda lil pazjenti. Delia qal: “Il-Gvern qiegħed jisirqilhom il-kura, l-mediċina u s-saħħa.”
Is-Sibt filgħodu fuq il-midja Nazzjonalista Adrian Delia, ma tantx sab xi jgħid. Qal li mhux isir investiment f’pajjiżna.
Huwa tenna: “Dawn m’għamlu xejn investiment f’pajjiżna.”
Ixejjen d-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia hemm l-investiment tal-kumpanija Lufthansa Technik biex tespandi l-operat tagħha f’Malta b’investiment ta’ €25 miljunu toħloq aktar impjiegi ta’ kwalità.
Bil-Prim Ministru din il-ġimgħa tkellem ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jitnieda proġett biex pajjiżna jkun jista’ jiżviluppa niċċa ġdida għall-kiri ta’ ajruplani. B’Malta tista’ ssir it-tilet ġurisdizzjoni fid-dinja li tikri l-ajruplani.