Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li l-aħħar biċċa tal-proġett ta’ Pjazza San Franġisk bdiet tingħata l-konkos sabiex wara dan jibda x-xogħol tal-pavimentar u tisbieħ.
Dan il-proġett li jiswa 3 miljun ewro ser ikun qed itejjeb il-kwalità ta’ ħajja tar-residenti Għawdxin.
Il-Ministru Caruana rringrazzjat lir-residenti u lill-pubbliku tal-koperazzjoni tiegħu waqt ix-xogħol ta’ dan il-proġett.