Il-Budget għas-sena d-dieħla jinkludi numru rekord ta’ 370 miżura. Foshtom miżuri favur ix-xogħol bħal dik li se żżid ġurnata oħra leave għall-ħaddiema u rata speċjali ta’ taxxa ta’ 15% fuq is-sahra.
F’konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-baġit, il-Ministru għal Finanzi Edward Scicluna qal li n-nefqa tal-Gvern ta’ aktar minn ħamest elef u tlett mitt miljun ewro se tissarraf fi twettiq ta’ miżuri li se jkompli jtejbu l-kwalità tal-ħajja.
Il-Ministru Scicluna stqarr: “Wara li rajna li dawk il-miżuri li jgħinnu li jagħmlu x-xogħol attraenti, making work pay, il-leave li tajna iż-żieda tal-cola u l-qtugħ tat-taxxa, mill-ewwel morna għall-benefiċċji soċjali jew inkella benefiċċji li qed nagħtu lill-familji li għadna il-fuq minn 30 miżura kollha li jolqtu xi settur jew ieħor f’dawk li huma il-bżonnijiet tal-ħajja ta’ dawn is-soċjal.”
Il-Professur Scicluna qal li din is-sena l-Gvern ta importanza lill-pensjonijiet fejn 92,000 pensjonanti qegħdin igawdu minn żieda qawwija fid-dħul tal-pensjoni tagħhom u fl-istess waqt qed jgħin lil dawk il-koppji li għandhom pensjoni waħda.
Is-Segretarju PermanentI Ewlieni, Mario Cutajar qal r-rekord ta’ miżuri fil-baġit bħat-tnaqqis tal-plastik li jintuża darba biss għall-proġetti ta’ affarorestazzjoni u investiment bla precedent fil-qasam edukattiv hija riflessjoni ta’ Gvern li għadu għatxan għall-bidla.
Is-Sur Cutajar stqarr: “Din is-sena għall-ewwel darba qed nabbinaw nieħdu l-budget kull miżura tal-budget inqiegħduha fil-kuntest skont il-miri tal-ġnus magħquda.”
Il-Kap taċ-Ċivil qal Ii minn mija u tnejn u sittin pajjiż, Malta tinsab fit-28 post fil-prestazzjoni tagħha marbuta mal-miri għall-iżvilupp sostenibbli u sostna li pajjiżna se jkompli jaħdem biex jitla’ aktar il-fuq fil-klassifika.