Rodrick Grima ta’ 31 sena ġie kkundannat sena ħabs wara li f’Awwissu ta’ sentejn ilu seraq bajla tal-konkos minn sit ta’ kostruzzjoni f’Tal-Pietà. Huwa nqabad fil-fatt waqt li kien qiegħed jimbotta l-bajla fit-triq.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, semgħet kif il-pulizija kien daħlilha rapport li raġel seraq bajla tal-konkos minn sit ta’ kostruzzjoni fi triq Hoohham Frere fil-Pietà.
Huwa nqabad ftit tal-ħin wara fit-Triq Diċembru 13 fil-Marsa, fejn kien qiegħed jimbotta l-bajla.
Grima stqarr li hu ħa l-bajla għax raha msadda.
Il-Qorti sabitu ħati wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà kkundizzjonata dwar każ separat.
Huwa ġie kkundannat ukoll multa ta’ €1,000 u tilef €15,000 f’depożitu u garanzija personali.