Żewġ Żabbarin inħelsu wara argument fuq kelb. Dan l-argument kien wassal biex mara weġgħet u l-kelb intlaqat bi xkupa.
Eric Carter ta 44 sena u Arthur Mario Psaila ta’ 41 sena ngħataw il-ħelsien hekk kif ħafna mix-xhieda rrifjutaw li jitilgħu fuq il-pedana tax-xhieda u b’hekk il-Qorti ddikjarat li hemm nuqqas ta’ evidenza.