Id-Direttur Maniġerjali tal-Media Today Saviour Balzan fetaħ libell kontra l-ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri. Balzan fetaħ dan il-libell wara l-istorja li ħarġet l-Erbgħa dwar Ivan Camilleri fil-midja lokali.
L-Erbgħa, il-MaltaToday żvelat storja miktubha minn Saviour Balzan li qalet kif Ivan Camilleri seraq minn supermarket fin-Naxxar, iżda Camilleri f’kitba fuq Facebook qal li din hija storja falza. L-istorja miktubha minn Balzan qalet kif sid tas-supermarket ikkonferma din l-aħbar. Ir-rapport qal ukoll kif Camilleri nqabad fuq il-kamera tas-CCTV u ġie affaċċjat mit-tmexxija tal-istabbiliment. Intqal ukoll kif l-oġġetti deskritti bħala “highly-priced goods”. Wara ħareġ kif Camilleri ammetta u qabel li jħallas l-ammont dovut.
Fi stqarrija, Balzan qal li qed jagħmel dan sabiex toħroġ il-verità dwar dan il-każ. Huwa qal kif fil-karriera tiegħu huwa kiteb dwar kulħadd. Qal li qed jagħmel dan għaliex f’kull kitba li kiteb matul il-karriera tiegħu huwa qal il-verità u ma ried ikisser ir-reputazzjoni ta’ ħadd. Qal ukoll li l-ġurnalisti mhumiex Allat, jiġfieri ma jiktbux fuq ħaddieħor u imbagħad ma jarawx x’jagħmlu huma stess.
Savior Balzan qal li f’dawn l-aħħar 33 sena kemm ilu ġurnalist u sid ta’ kumpanija tal-midja, din hija t-tieni darba li fetaħ libell.
http://www.one.com.mt/2019/10/30/rapportat-li-ivan-camilleri-deher-jisraq-fuq-cctv-1/