Fi stqarrija, il-Bank Ċentrali ta’ Malta qal li ġie identifikat tentattiv ta’ emails frodisti li jimitaw lil dawk tal-Bank Ċentrali, fejn qegħdin jittalbu għal ħlasijiet pendenti.
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jenfasizza li ma joħroġ l-ebda talba għal kwalunkwe ħlas f’isem entitajiet tal-gvern jew dipartimenti tal-gvern, u żgur li ma jitlobx ħlas ta’ obbligi tal-klijienti tiegħu permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ komunikazzjoni bl-email.
Jekk irċevejt xi komunikazzjoni li tidher li oriġinat mis-servizz tal-posta elettronika tagħna u li titlob it-trasferiment ta’ flus, jew depożiti għal kwalunkwe kont, inti ġentilment mitlub:
1) Tgħarraf minnufih lil publicrelations@centralbankmalta.org;
2) Ma tweġibx emails bħal dawn.
Din hija frodi sofistikata ta’ phishing bl-uniku għan li tħajjar individwi jittrasferixxu flus lil kriminali.
Għalhekk, il-Bank Ċentrali ta’ Malta javża lil kull min jirċievi dawn it-tip ta’ messaġġi sabiex jitqiesu bħala malizzjużi.