Ċifri tal-Aġenzija tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat juru li sal-aħħar ta’ Settembru li għadda Malta żammet postha ma’ pajjiżi bl-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha Ewropej.
L-istatistika tal-Eurostat turi li Malta kellha r-raba’ l-inqas rata ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol fost il-pajjiżi Ewropew.
Ir-rata f’Malta kienet ta’ 3.4 fil-mija u kienu biss il-Polonja, il-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka li kellhom rata ta’ qgħad inqas minn ta’ pajjiżna/
Mill-banda l-oħra, il-Eurostat qal li l-Greċja, Spanja u l-Italja kellhom l-ogħla rati ta’ qgħad fl-Ewropa.
Matul Settembru l-qgħad fiż-Żona Ewro kien ta’ sebgħa punt ħamsa fil-mija.