Il-Gvern wettaq b’mod sħiħ nofs ir-rakkomandazzjonijiet li għamel l-Awditur Ġenerali fuq ħidmet il-Ministeri u l-entitajiet governattivi.
Dan filwaqt li 43% tar-rakkomandazzjoniet ġew indirizzati parzjalment.
Dan ħareġ mill-aħħar rapport tal-Awditur Ġenerali li fisser ukoll kif kienu biss 7% tar-rakkomandazzjonijiet li ma ġewx indirizzati.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika identifika numru ta’ verifiki biex jevalwa ħidmet il-Gvern f’għadd ta’ entitajiet li jvarjaw minn oqsma tas-saħħa, edukazzjoni u anki l-konservazzjoni tal-ilma.
Il-persentaġġ ta’ rakkomondazzjonijiet implimentati mill-Gvern jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien jiġri fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista meta l-maġġoranza kbira tagħhom kienu jiqbgħu fuq l-ixkaffa.