F’każ mhux tas-soltu, eżorċista deher quddiem il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia sabiex jixhed f’każ li fih żagħżugħ ta’ 18–il sena minn Bormla qed jiġi akkużat li strupra lill-omm it-tfajla fost oħrajn f’dawk deskritti bħala abbużi sesswali marbuta mas-sataniżmu.
L-eżorċist qal li qatt ma ra affarijiet li jqanqlu inkwiet spiritwali fid-diversi drabi li żar id-dar tal-akkużat.
Is-saċerdot qal fil-qorti li omm it-tfajla tal-akkużat kienet involuta fl-okkult.