60 suldat ġdid issieħbu mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Fost is-suldati ġodda hemm 3 nisa u 8 Għawdxin. Huma ssieħbu mal-armata wara 5 xhur ta’ reklutaġġ.
Il-Ministru Michael Farrugia u Il-Brigadier Jeffrey Curmi qalu li bħalissa għaddejjin l-aħħar diskussjonijiet dwar il-ftehim kollettiv ġdid. Ftehim li se jara pakkett finanzjarju aħjar sabiex jiġu rikonoxxuti dawk li ilhom jaħdmu fl-armata u jħeġġeġ aktar nies jidħlu fil-Forzi Armati ta’ Malta.