Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan ordna li jiżdied il-perjodu li fih suspettat jista’ jinżamm arrestat mingħajr akkuża. Fil-fatt, suspettat se jkun jista’ jinżamm sa massimu ta’ tletin ġurnata.
Mhux biss iżda Erdogan ordna wkoll li jingħalqu elf skola privata u mal-elf u mitejn assoċjazzjoni. Dan kollu wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-ġimgħa li għaddiet, li ma kellux suċċess.
Erdogan għadu qed iwaħħel fil-kjeriku bbażżat fl-Istati Uniti, Fethullah Gulen, bħala l-moħħ wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat. Dan filwaqt li Gulen ċaħad kull forma ta’ involviment.
Il-mexxej Tork qal li l-istat ta’ emerġenza se jippermetti lill-awtoritajiet jerġgħu jiksbu lura l-ordni u tittratta b’mod effettiv l-konsegwenzi tal-attentat ta’ kolp ta stat. Fl-aħħar jiem, l-attentat tal-kolp ta’ stat wassal biex minn tal-inqas sittin elf persuna ġew arrestati jew imkeċċija mix-xogħol u madwar tlett elef suldat jinsabu arrestati.