“X’inhi l-problema? Fejn hu Lassana issa?” – hekk xehed immigrant li kien jaf sew lil vittma.
Dalgħodu fil-qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia kompliet il-kumpilazzjoni ta’ Francesco Fenech ta’ 21 sena u Lorin Scicluna ta’ 22 sena akkużati bil-qtil tar-raġel mill-Kosta tal-Ivorju, Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena.
Mistoqsi mill-ispettur Keith Arnaud, l-immigrant, Mohmaddum li ilu 12-il sena jgħix Malta f’Birżebbugia qal li kien jaħdem u jgħix mal-vittma Cisse.
Huwa beda jistaqsi u qal li ma jistax jifhem għalxiex ġralu hekk Cisse.
Xehed ukoll Roderick Pace mill-kumpanija Schembri & sons. Hu u Cisse kienu ilhom erba’ snin jaħdmu flimkien. Qal li qatt kellu problemi ma Cisse u qatt ma kien involut f’xi argumenti.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/10/29/jien-ma-qtilt-lil-hadd-lorin-scicluna-lil-pulizija-1/