IL-famuż misprint jew aħjar waħda mill-ikbar frejjeġ li saret mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fl-aħħar jiem kienet xogħol id-deputat Nazzjonalsita Cluadette Buttigieg.
Fil-Parlament, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia poġġa fuq il-mejda tal-Kamra dokument b’mitt wegħda li skontu ma twettqux mill-baġit għal din is-sena.
Dan id-dokument ħareġ fil-beraħ l-opportuniżmu politiku tal-Oppożizzjoni mmexxija minn Adrian Delia. Dan meta minn dawn is-suppost mitt wegħda li ma twettqux, ħalla noti interni tan-nies tiegħu. Noti li kixfuh li jiġri x’jiġri fil-baġit għas-sena d-dieħla kien lest li jikkritikah anke jekk il-miżuri jkunu ta’ ġid għall-familji Maltin u Għawdxin.
Fil-Parlament, id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg spiċċat tammetti li kienet hi li kitbet din in-nota li kixfet l-opportuniżmu politiku tal-Oppożizzjoni.
F’din in-nota interna, Buttigieg kibet lil Delia biex jikkritika lill-Gvern anke jekk jieħu miżuri dwar il-ġender pay gap.
Fil-fatt kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li fir-replika tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li nnota din l-ipokresija poltika u l-inkompetenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jpoġġi fuq il-mejda tal-kamra dokumenti bla ma ndenja ruħu jiċċekkjah.
Intant minn analiżi bir-reqqa li saret tad-dokument li ppreżenta Delia joħroġ li din ma kinitx l-uniku froġa li saret.
Fil-fatt issib li hemm bosta miżuri li twettqu jew li qed jitwettqu bħal dik li tingħata l-paga minimina nazzjonali lill-persuni b’diżabilità severa u oħrajn li fuqhom ix-xogħol huwa għaddej b’ritmu tajjeb bħal fil-każ tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa li kienet l-Oppożizzjoni stess li ftit tal-ġimgħat ilu vvotat favur riżoluzzjoni parlamentari marbuta ma’ dan is-suġġett.
Fuq kollox l-Oppożizzjoni setgħet evitat li taqa’ għar-redikolu li kieku qabdet id-dokument li qiegħed jippreżenta l-Gvern qabel kull baġit u li fih jingħata rendikont sħiħ tat-twettiq tal-miżuri kollha mħabbra fil-baġit u li minnu ħareġ li fl-ewwel disgħa xhur tas-sena twetttqu diġà erbgħa u sebgħin fil-mija tal-miżuri fil-budget għal din is-sena.