Il-kandidata Demokratika Presidenzjali, Hillary Clinton għażlet lil Tim Kaine, senatur ċentrali minn Virginia biex jikkontesta magħha.
Clinton qalet dan il-Ġimgħa fuq Twitter u mistennija tħabbar dan formalment illum. Kaine jista’ jgħin fil-kampanja ta’ Clinton biex isaħħaħ l-appoġġ tal-pubbliku lejn il-Partit Demokratiku b’mod partikolari tal-Hispanic Americans.
Kaine huwa meqjus bħala politiku t’esperjenza kbira u qed jiġi kkunsidrat bħala għażla sigura għall-kariga ta’ Viċi President. Huwa personalment kontra l-abort iżda joffri appoġġ lid-drittijiet tal-abort, fost oħrajn.