Mietet dik deskritta bħala n-nanna tal-Eurovision.
Natalia Pugacheva mietet fl-eta ta’ 83 sena u seba’ snin ilu flimkien ma’ grupp ta’ nanniet magħrufa bħala Buranovskiye Babushki rrappreżentat lir-Russja fil-Eurovision Song Contest.
In-nanniet Russi kienu ġew fit-tieni post u Pugacheva kienet l-aktar li ġibdet simpatija anki minħabba l-fattizzi ta’ wiċċha u l-qagħda li kellha.
Meta fi żmien il-Eurovision kienet mistoqsija dwar li hija l-aktar nanna simpatika, Natalia Pugacheva kienet wieġbet lill-ġurnalisti li m’hu qed tifhem xejn iżda hija taf tkun tifla tassew imqarba.
Pugacheva u sħabha ġejjin minn Udmurtia, reġjun fir-Russja li jinsab sogħbien għal din it-telfa.