Grupp ta’ riċerkaturi mill-Universitajiet ta’ Malta u ta’ Oxford fl-Ingilterra, ilhom għal dawn l-aħħar erba’ snin jistudjaw fenomenu naturali fil-ġisem fejn ċelloli fis-sistema immunitarja tal-bniedem, jiġġieldu ċelloli ta’ mard bħall-kanċer.
Fost it-tim ta’ xjentisti kien hemm Dr David Saliba, lettur fl-Università ta’ Malta, li ma’ ONE News spjega li dan il-fenomenu fil-ġisem iseħħ kuljum.
Dr Saliba spjega l-metodu li uża biex iddetermina l-mod li bih dawn iċ-ċelloli jipproteġu l-bniedem.
Staqsejnih kif dan ir-riżultat intlaqa’ mill-komunità tax-xjenza.
U hekk għamlu l-grupp ta’ riċerkaturi f’dan il-proġett, li tmexxew mill-Professur Michael Dustin mill-Università ta’ Oxford fl-Ingilterra.