Il-Qorti f’Bangladesh ikkundannat 16-il persuna għall-mewt wara li qatlu u taw in-nar lil studenta li akkużat lill-għalliem tagħha b’fastidju sesswali.
F’April ta’ din is-sena t-tfajla kienet irrapurtat lill-pulizija li kontinwament kienet qed tiġi ffastidjata sesswalment mis-Surmast tal-iskola.
Wara li rrapurtat lill-pulizija, grupp ta’ madwar ħames pesruna daru lit-tfajla u sfurzawha biex tirtira ir-rapport ta’ fastidju sesswali. Iżda din xħin irrifjutat, il-grupp ta’ nies li kienu lebsin il-burqa, qabdu lit-tfajla bin-nar.
It-tfajla mietet erbat ijiem biss wara dan ir-reat.
Ritratt: AFP