Il-ġurnalist tal-isports Fredu Attard ħareġ mill-Taqsima tal-Kura Intensiva, dan wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkrikara t-Tnejn li għadda.
Attard kien passiġier f’karozza ma’ raġel ta’ 26 sena minn Birkirkara waqt li kellhom impatt ma karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena.
Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena li kien qed isuq il-karozza li fiha kien hemm Fredu ġarrab ġrieħi ħfief waqt li sewwieq ta’ 25 sena ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post kellhom jissejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex ħarġu lill-Fredu mill-karozza u setgħu jieħduh l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.