Bħala parti mill-festa ta’ Sant’Ursola V.M., Patruna t’Għawdex, is-Soċjetà Filarmonika Leone A.D. 1863 tal-Belt Victoria, flimkien mal-Parroċċa tal-Katidral, organizzat weekend
t’attivitajiet folkloristici u tradizzjonali fi Pjazza Katidral fic-Cittadella.
Wara deċenji ta’ snin, nhar il-Ġimgħa 18 t’Ottubru 2019, reġa ġie organizzat l-Aurora Folk Festival. F’ambjent tradizzjonali, ic-Cittadella saret esebizzjoni folkloristika bis-sehem tal-ewwel grupp folkloristiku ta’ Malta, l-Aurora Folk Group, l-Aurora Youth Choir u grupp folkloristiku barrani mill-belt ta’ Grotte, fir-reġjun t’Agrigento fi Sqallija.
Barra minn hekk, il-Pjazza kienet lok ta’ ikla tradizzjonali Maltija bi spettaklu folkloristiku live u stands tal-artiġjanat u xogħol tal-idejn.
Nhar il-Ħadd 20 t’Ottubru 2019, fil-Katidral, ġiet iccelebrata l-festa tradizzjonali u reġjonali ta’ Sant’Ursola V.M., Patruna t’Għawdex. Wara t-talb ta’ sbiħ il-jum, ġie ċċelebrata quddiesa solenni mmexxija mill-Arcipriet Mons. Joseph Sultana u bis-sehem tal-W.R. Kapitlu Katidrali. Wara, fl-isfond tal-moti solenni tal-Festa mill-qniepen tal-Katidral, saret Festa Folkloristika fil-Pjazza bis-sehem tal-Aurora Folk Group u l-‘Compagnia Folkloristica Siciliana della Citta’ di Grotte’. Fost żfin, mużika u kant folkloristiku, sar ukoll it-Tieġ Tradizzjonali Malti.
Is-Socjeta’FilarmonikaLeoneA.D.1863taralitibqa’tagħtil-ħajjalill-tradizzjonijietMaltinuinizzjattivipassatitas-Socjeta’bil-għanlitkomplitagħtispintauterġatqajjemaspettimitluftal-KulturaMaltija.