Il-President ta’ Malta George Vella u martu s-Sinjura Miriam Vella attendew għaċ-ċerimonja uffiċjali li fiha ngħata l-ħatra għat-tron l-Imperatur Ġappuniż ġdid, il-Maesta Tiegħu Naruhito. Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz Imperjali f’Tokyo.
L-Imperatur Naruhito, li għandu 59 sena, beda jmexxi l-pajjiż f’Mejju li għadda wara li missieru, l-imperaur Akihito, abdika mit-tron. Minkejja l-brijju fiċ-ċentru imperjali f’Tokyo, parata ta’ ċelebrazzjoni tħassret b’turija ta’ rispett għall-persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ tifun li bħalissa għaddej minn fuq il-pajjiż. S’issa 80 persuna tilfu ħajjithom.
Minuti wara li nħatar uffiċjalment bħala Imperatur, il-Maesta Tiegħu Naruhito wiegħed li se jkompli jestendi l-id tal-ħbiberija u l-paċi lill-komunità internazzjonali. F’diskorsu, wera wkoll ix-xewqa li jkompli jara s-suċċess tal-poplu Ġappuniż u qal li se juża l-kapaċitajiet tiegħu biex ikompli jkabbar il-prosperità fost il-popli tad-dinja kollha. Hawnhekk il-President ta’ Malta wera sodisazzjon li kien preżenti għal ċerimonja tant storika, u qal li kien impressjonat bil-perfezzjoni li biha ttellgħet ċ-ċermonja tal-ħatra.
Il-President George Vella stqarr: “Din hija ċerimonja fejn l-imperatur jiġi enthroned. Kien diskors qasir ħafna li tkellem fuq ix-xewqa li jara s-suċċess tal-poplu Ġappuniż, u anke li juża l-kapaċitajiet tiegħu biex ikabbar il-prosperità. L-istess id-diskors tal-Prim Ministru Shinzo Abe biex jirrikonoxxi li qal l-imperatur. Għandek kważi kulħadd minn madwar id-dinja, Prim Ministri u Presidenti minn kullimkien. Hija xi ħaġa li timpressjonak.”
Għaċ-ċerimonja attendew ukoll bosta Kapijiet ta’ Stat, membri tal-Familji Rjali, politiċi, ambaxxturi u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ewlenin minn madwar id-dinja kollha, fosthom mill-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Ewropea.
Il-President ta’ Malta George Vella u martu s-Sinjura Miriam Vella attendew għaċ-ċerimonja uffiċjali li fiha ngħata l-ħatra għat-tron l-Imperatur Ġappuniż ġdid, il-Maesta Tiegħu Naruhito. Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz Imperjali f’Tokyo.
L-Imperatur Naruhito, li għandu 59 sena, beda jmexxi l-pajjiż f’Mejju li għadda wara li missieru, l-imperaur Akihito, abdika mit-tron. Minkejja l-brijju fiċ-ċentru imperjali f’Tokyo, parata ta’ ċelebrazzjoni tħassret b’turija ta’ rispett għall-persuni li tilfu ħajjithom kawża ta’ tifun li bħalissa għaddej minn fuq il-pajjiż. S’issa 80 persuna tilfu ħajjithom.
Minuti wara li nħatar uffiċjalment bħala Imperatur, il-Maesta Tiegħu Naruhito wiegħed li se jkompli jestendi l-id tal-ħbiberija u l-paċi lill-komunità internazzjonali. F’diskorsu, wera wkoll ix-xewqa li jkompli jara s-suċċess tal-poplu Ġappuniż u qal li se juża l-kapaċitajiet tiegħu biex ikompli jkabbar il-prosperità fost il-popli tad-dinja kollha. Hawnhekk il-President ta’ Malta wera sodisazzjon li kien preżenti għal ċerimonja tant storika, u qal li kien impressjonat bil-perfezzjoni li biha ttellgħet ċ-ċermonja tal-ħatra.
“Din hija ċerimonja fejn l-imperatur jiġi enthroned. Kien diskors qasir ħafna li tkellem fuq ix-xewqa li jara s-suċċess tal-poplu Ġappuniż, u anke li juża l-kapaċitajiet tiegħu biex ikabbar il-prosperità. L-istess id-diskors tal-Prim Ministru Shinzo Abe biex jirrikonoxxi li qal l-imperatur. Għandek kważi kulħadd minn madwar id-dinja, prim ministri u presidenti minn kullimkien. Hija xi ħaġa li timpressjonak”, sostna l-President George Vella.

Ritratti: OPR