B’reazzjoni għall-inċidenti f’Ħal Far il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq li kulħadd f’pajjiżna għandu jirrispetta u jobdi l-liġijiet irrelavanti jekk hux Malti jew barrani.
Il-Prim Ministru qal dan meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-irvell li nqala’ lbieraħ fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Il-Prim Ministru tenna li dan il-Gvern huwa fid-dover li ma jkomplix mal-mewġa popolista.
Dr Muscat qal li l-Gvern mhux ser jittollera ksur tal-liġijiet hekk kif irrefera għall-fatt li immigrant li kien fis-sakra ma tħallix jidħol fiċ-ċentru miftuħ mill-uffiċjali tas-sigurtà.
Il-Prim Ministru spjega kif dawk kollha arrestati ħa jitressqu l-Qorti sabiex b’hekk issir ġustizzja.
Intant il-Prim Ministru spjega kif għada l-Gvern flimkien mal-l-amministrazzjoni tal-AWAS u l-General Workers Union se jiltaqgħu sabiex jiddiskutu s-sitwazzjoni f’iktar dettall.