Fil-Parlament il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ħabbar li l-Gvern se jagħmel tajjeb għall-ħsarat kollha li ġarrbu l-ħaddiema li jaħdmu fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.
Fl-irvell li sar ilbieraħ filgħaxija, numru ta’ vetturi ta’ ħaddiema tal-AWAS ġarrbu ħsarat estensivi wara li ngħataw in-nar.