Raġel ta’ 61 sena minn Wied il-Għajn qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lil żewġ neputijiet tiegħu.
Huwa qed ikun akkużat li fl-aħħar ġranet huwa stupra liż-żewġ bniet ta’ għaxar snin waqt li kienu fdati lilu biex jindukrahom u jieħu ħsiebhom.
L-avukata tal-għajnuna legali, Raisa Colombo qalet li minħabba l-gravità tar-reat ma ntalabx ħelsien mill-arrest. Dan filwaqt li fuq it-talba tal-prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Roxanne Tabone, il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għas-sigurtà tan-neputijiet. Il-Qorti ordnat ukoll divjett fuq l-isem tal-akkużat biex ikunu protetti l-allegati vittmi.