Illejla u għada filgħaxija se tingħalaq parti mir-roundabout ta’ Ħal-Luqa bejn it-Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Vjal l-Avjazzjoni u Triq San Tumas.
Din il-biċċa se tkun qed tingħalaq il-Ħadd 20 u t-Tnejn 21 t’Ottubru bejn it-8 ta’ filgħaxija u l-5 ta’ filgħodu. Dan se jkun qed isir sabiex jinbnew korsiji ġodda f’din ir-roundabout bħala parti mill-proġett ta’ €9.5 miljun fi Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas.
Infrastruttura Malta appellat sabiex wieħed isegwi t-tabelli li hemm f’din it-triq imsemmija.