Illum, it-tempji megalitiċi ta’ Ħal Tarxien huma miftuħin għall-pubbliku bla ħlas .
Dawn it-tempji nbnew bejn it-3600QK u l-2500QK huma mniżżla fil-Lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO bħala eżempji importanti ta’ arkitettura, xhieda ta’ stadju sinifikanti fl-istorja tal-bniedem.
Matul din il-ġurnata, il-viżataturi se jkollhom l-opportunità li jakkwistaw ktieb ġdid dwar is-sit li se jitnieda llum.
Il-pubbliku li jżur dawn it-tempji għandu l-opportunità li jsir jaf aktar dwar dan it-tempji b’tour li ħa jsir fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.
Illum it-tempji ta’ Ħal Tarxien se jibqgħu miftuħa sal-ħamsa, bl-aħħar dħul ikun fl-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar.