B’reazzjoni għal artiklu fuq it-Times of Malta bit-titlu “BOV plans to shed staff”, il-Bank of Valletta qal fi stqarrija li l-artiklu inkwistjoni għandu bosta fatti skorretti li faċilment setgħu ġew evitati kieku l-gazzetta vverifikathom mal-bank.
Dwar l-iskemi tal-irtirar li tkellem dwarhom l-artiklu, il-bank qal li m’għandu l-ebda intenzjoni li jkeċċi impjegati, u l-għan tiegħu huwa biss li jkompli joffri dawn l-iskemi biex jassigura li l-bank ikun mħgammar bir-riżorsi meħtieġa fis-sitwazzjoni preżenti.
Qal li l-iskemi tal-irtirar, hekk kif maqbul mal-unjin aktar kmieni din is-sena, dejjem kienu u se jibqgħu, volontarji.
Filfatt il-bank irrimarka li bħalissa qed iżid l-impjegati, u l-pjan hu li jkompli jżidhom fiż-żmien li ġej.