Ix-xogħol fuq il-proġett tal-Junction tal-Marsa jkompli għaddej b’ritmu mgħaġġel anke matul is-Sibtijiet u l-Ħdud.
Dan ix-xogħol qed isir sabiex jinfetħu t-tielet u r-raba’ flyover sal-aħħar ta’ Jannar li ġej, fejn se jkunu qed jitneħħew darba għal dejjem it-traffic lights ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.