Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw nirien li ħakmu karozza f’Ħal Luqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:00 ta’ dalgħodu fi Triq San Tumas f’Ħal Luqa meta l-karozza saret ħuġġieġa waħda waqt li kienet ipparkjata f’għalqa.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan il-każ.