Għexieren ta’ nies lebsin il-kulur roża nġabru fil-Kalkara biex b’mixja żgħira lejn il-Birgu jqajmu aktar kuxjenza dwar il-kanċer tas-Sider.
L-attività bdiet b’diskussjoni mill-koppja Marmara dwar kif il-mara tinduna b’xi sintomi tal-kanċer fis-sider u kif ir-raġel jinduna b’sintomi tal-kanċer fit-testikoli
Wara l-parteċipanti flimkien mas-Sinjura Michelle Muscat u l-organizzaturi tal-Pink October rħewlha għal mixja li ntemmet fil-Birgu.
https://www.facebook.com/pinkoctobermalta/videos/732416490567203/