Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan irnexxielu jagħlaq sit ta’ pornografija tat-tfal li kien qed jopera permezz ta’ dak li jissejjaħ id-Dark Web.
Bl-għajnuna ta’ imsieħba internazzjonali fir-Renju Unit u l-Korea t’Isfel, prosekuturi Amerikani ressqu akkużi ta’ reklamar, produzzjoni u distribuzzjoni ta’ pornografija tat-tfal kontra Joo Woo Son mill-Korea t’Isfel.
Is-sit kien jinkludi madwar kwart ta’ miljun filmati porngrafiċi li fihom jinkludu tfal.
Intant ġew arrestati 338 suspettat membru ta’ din is-sit f’12 il-pajjiż differenti.
Ritratt: Getty Images