Il-protesti fir-reġjun Katalan daħlu fil-ħames jum tagħhom hekk kif qed iseħħ strajk ġenerali li pparalizza l-belt ta’ Barċellona.
L-istrajk qed isir bi protesta għas-sentenza mill-Qorti Suprema wara li bagħtet il-ħabs disa’ separatisti katalani misjuba ħatja b’ribelljoni u miżaproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi fost l-oħrajn.
Fiċ-ċentru ta’ Barċellona d-dimostranti sejħu għall-ħelsien tad-disa’ persuni li kienu jokkupaw karigi għoljin fil-Gvern Katalan.
Minħabba l-protesti tħassru 57 titjira lejn l-ajruport ta’ Barċellona El-Prat.
Ritratt: Getty Images