Stephen Mifsud ta’ 47 sena u Ludwig Bugeja ta’ 42 sena nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li serqu fost l-oħrajn karozza.
Mifsud tressaq il-Qorti akkużat li seraq karozza, saq mingħajr polza tal-assigurazzjoni u liċenzja, filwaqt li seraq sett tat-televiżjoni. Waqt li Bugeja kien akkużat li kien kompliċi li seraq karozza u li kiser il-libertà priviżorja.
Iż-żewġt irġiel li huma mingħajr impjieġ wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.